Differenza fid-dinjiet ta l-ULTRAS u l-HooligansNixtieq nikkumenta rigward dawn l-aritkli li qed jittellaw. Dawn il-gruppi li Dyer zar ghandhom mentalita’ differenti minn dik ta’ l-Ewropa tan-naha t’isfel. Fil-fatt hemm gruppi li huma meqjusa bhala Hooligans u mhux Ultras. X’inhi id-differenza bejn Hooligan u Ultra’? Id-differenza hija kbira. It-tir ta’ Hooligan huwa biss biex jaqla il-glied gewwa u barra il-ground. Isir ukoll glied bejn grupp u iehor li jkunu ftehmu post u hin wara xi loghba partikolari. Ikun hemm top boy min kull naha tal-gruppi fejn dawn jiftehmu kollox. Bazikament m’hemmx il-passjoni li ghandu l-Ultra ghal-club tieghu. Ultras ghandhom objettivi differenti fil-hajja taghhom. Jaraw li jsebbhu il-kurva taghhom b’armar bhal banners, standardi, piroteknika, kulhadd bil wifqa jitkantaw il-kori u tixjir ta’ bnadar li ma jifqux tul il-loghba kollha, u hafna aktar. Fl-ebda hin ma tidhol vjolenza ghalkhemm jekk jigu attakati se jattakaw lura. Il-problema barra minn Malta hija ir-ripressjoni.Il-pulizija jafsu wisq fuqhom u b’hekk aktar jinqala inkwiet. Tort ta’ dan huwa il-Media li tefat stampa kerha fuq l-Ultras. Malta il-kaz hu differenti anzi huwa pjutost aktar difficli izda minn aspett iehor. In-numru ta’ nies provduti gewwa pajjizna huwa ferm limitat u apparti hekk il-mentalita’ xorta ghadha mhux b’sahhita bizejjed, izda zgur li dejjem qed tisahhah minn hin ghall-iehor. Ultra’ ghandu passjoni kbira immens lejn il-club – jigri x’jigri ikun hemm dejjem wara it-team jissuportjah fix-xemx u fix-xita u jibqa jilbes il-kuluri rispettivi tat-team b’kull kburija minn qatt qabel. L-Ultra’ huwa wkoll kontra il-Futbol Modern u Live. Il-futbol sar kummerc u b’hekk il-loghba moderna tal-futbol inbidlet, sfortunatament ghall-ghar! |



